Bħala Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit, se naħdem b’saħħti kollha biex, flimkien mal-Kap tal-Partit Adrian Delia, nġeddu l-partit tagħna u fl-iqsar żmien possibbli nagħmluh partit rebbieħ.
Sostna dan il-kandidat għal Viċi Kap għall-affarijiet tal-Partit Robert Arrigo meta ndirizza Laqgħa mat-tesserati fil-Każin ta’ Ħal Tarxien.
Robert Arrigo sostna li għalhekk qed joffri l-esperjenza twila tiegħu fil-politika biex iwettaq riformi meħtieġa fl-istrutturi u l-fergħat tal-partit, filwaqt li jsaħħaħ il-partit fuq livell lokali.
Robert Arrigo spjega d-diversi proposti li qed iressaq għat-tiġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Dwar il-Kumitati Sezzjonali, Robert Arrigo spjega kif dawn għandhom jingħataw l-ispazju meħtieġ, u li jixraqilhom, filwaqt li jingħataw ukoll l-għodda. Ħabbar kif bħala Vici Kap għall-affarijiet tal-partit se jara li l-każin tal-partit f’Raħal Ġdid, iservi bħala ‘sub headquarters’ tal-Partit Nazzjonalista għan-nofsinhar u n-naħa t’isfel ta’ Malta. Hemm bżonn li f’din il-parti ta’ Malta, l-Partit Nazzjonalista jerġa’ jkun man-nies, jifhem il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom, sostna Robert Arrigo.
Arrigo ħabbar kif bħala Vici Kap se jkun qiegħed iwaqqaf fergħa ġdida li tirrapreżenta l-barranin li għandhom id-dritt jivvutaw fl-elezzjonijiet f’pajjiżna.
Robert Arrigo qal li fl-ewwel ġranet tiegħu bħala Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit se jara li jiġu identifikati lokalitajiet fejn l-Partit Nazzjonalista jista jikseb l-maġġoranza.
Dwar l-AŻAD, Arrigo qal li dan għandu jservi bħala ċentru ta’ tagħlim politiku fejn il-kandidati li jixtiequ jikkontestaw l-elezzjoni.
Robert Arrigo sostna li dan hu proġett ambizzjuż li iżda se jwettqu b’determinazzjoni kbira u b’ħeġġa kbira jekk ikun elett.
//= $special ?>

