Kultura Lokali

Ir-ritorn ta’ Chris Dingli b’xow għat-tfal

Chris Dingli jirritorna bix-xow popolari ghat-tfal. Shakeshorts tipprezenta A Midsummer Night’s Dream. L-ewwel darba li ntweriet kien quddiem teatru ppakkjat waqt ZiguZajg, il-festival internazzjonali għat-tfal u ż-żgħażagħ 2016. Dan ix-xow popolari, fejn jifqa lil kulħadd bid-daħq, jehodna fuq vjagg tal-aktar kummiedja popolari ta’ Shakespeare.

Imqassra u addatata għal udjenza żgħażugħa, din il-kummiedja hija introduzzjoni perfetta għad-drammi ta’ Shakespeare, fejn it-tfal Maltin jiddevertu bl-istejjer u jiddentifikaw mat-temi u l-karattri waqt li jkabbru l-kunfidenza fil-lingwa permezz ta’ kant, pupazzi, u bluha. Produzzjoni divertenti għall-aħħar ta’ Shakespeare li qatt ma ntwera bħalu.

It-tfal mhux mistennija joqogħdu kwieti bilqegħda, iżda se jipparteċipaw fix-xow, u partijiet mill-produzzjoni jinbidlu ma’ kull rappreżentazzjoni skont kif jissuġerixxu t-tfal.

Miktuba u interpretata minn Chris Dingli (bl-għajnuna ta’ wieħed jismu Willliam Shakespeare), din il-produzzjoni ta’ 40 minuta hija tajba għal tfal ta’ bejn is-7 u t-13-il sena, imma jekk irridu nkunu sinċieri, il-kbar ukoll jieħdu gost.

Omm oħra ta’ tfal li l-etajiet tagħhom huma ta’ 11 u 12-il sena qalet “It-tfal tiegħi veru ħadu pjaċir u anke jien. L-isbaħ mod kif tippreżenta lil Shakespeare. Nistennew bil-ħerqa produzzjoni kreattiva oħra tiegħek.”

Shakeshorts tippreżenta A Midsummer Night’s Dream f’Blue Box at M Space, fl-Imsida fit-3 ta’ Novembru, fl-10.00am u 12.30pm. Biljetti fuq: www.bluebox.com.mt.

Shakeshorts tippreżenta M A Midsummer Nights Dream kient ikkummissjonata minn ZiguZajg il-festival internazzjonali għat-tfal u ż-żgħażagħ 2016.