Lokali

Karozza tinqered min-nirien fi Triq ir-Repubblika l-Belt

Ħadd ma’ weġġa’ meta matul il-lejl li għadda karozza ħadet in-nar fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta.

Il-Karozza kienet ipparkjata meta jidher li għal xi raġuni l-karozza ħadet in-nar għall-ħabta tal-3:45a.m.

In-nar kien ikkontrollat mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Pulizija kienet infurmata b’dan il-każ u nħatret inkjesta Maġisterjali fejn mhux qed ikun eskluż li l-karozza ngħatat in-nar minn persuna jew persuni mhux magħrufa.