L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ressqet mozzjoni dwar l-avviż legali li bih l-gvern kien waqqaf l-Istitut għall-Edukazzjoni li mbgħad il-gvern kien biddlu fl-Aġenzija tal-Istitut għall-Edukazzjoni.
Il-mozzjoni tressqet quddiem l-Ispeaker tal-Parlament Anglu Farrugia, mill-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament Mario De Marco, s-Shadow Minister għall-Edukazzjoni Therese Comodini Cachia u mill-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius.
Il-mozzjoni tressqet wara li l-istitut inbidel f’aġenzija biex tneħħiet kull awtonomija ta’ dan l-istitut li oriġinarjament kellu l-funzjoni li jfassal il-politika għall-qasam edukattiv ta’ pajjiżna.
Dan l-istitut kellu wkoll bord li kien iffurmat minn rappreżentanti ta’ kull sfera u livell fil-qasam tal-edukazzjoni anke rappreżentanti tal-ġenituri tal-istudenti kien hemm. Iżda għal xi raġuni jew oħra dan il-bord tneħħa kompletament biex l-Istitut inbidel f’aġenzija mmexxija minn Kap Eżekuttiv magħżula mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. L-istess Kap Eżekuttiv tirrispondi biss għas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol jew għall-Ministru nnifsu.
L-Oppożizzjoni minn naħatagħha qed issostni li b’din id-deċiżjoni l-Aġenzija għall-Edukazzjoni spiċċat waħda kkontrollata mill-Ministeru.
Għalhekk l-Oppożizzjoni ressqet il-mozzjoni biex l-avviż legali li bih twaqqfet din l-aġenzija jiġi revokat u annullat.
//= $special ?>

