L-aħħar żviluppi dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-istrajk li tħabbar ilbieraħ mill-Malta Union of Teachers huma l-istejjer ewlenin tal-ġurnal il-Nazzjon. Huma żewġ stejjer ewlenin li jiddominaw l-ewwel paġna tal-ġurnal In-Nazzjon.
Stejjer oħra jittrattaw ir-reazzjoni tal-MEP’s Maltin dwar id-dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, reazzjoni għall-pożizzjonijiet li ħa Pilatus Bank fil-konfront ta’ żewġt ikmamar tal-Aħbarijiet f’pajjiżna u rapporti dwar id-dibattitu fil-Parlament Malti li għadu ddominat mis-sitwazzjoni f’pajjiżna wara li l-Gvern qiegħed jipprova jnessi l-attakk li sar f’pajjiżna fuq il-libertà tal-espressjoni.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ Antonello Cuschieri u Angelo Micallef.
//= $special ?>