Lokali

Qabda ta’ 21 kg water-pipe tabacco fl-Ajruport

Fl-Ajruport internazzjonali ta’ Malta saret qabda ta’ 21 kg water-pipe tabacco.

Uffiċjali tad-dwana u Pulizija kontra r-reati ekonomiċi qabdu t-tabakk fuq passiġġier Libjan li kien dieħel Malta. Ir-raġel kien ġej minn fuq titjira minn Istanbul.

Fi stqarrija d-Dipartiment tad-dwana qal li l-prezz fis-suq ta’ dan it-tip ta’ tabakk hu ta’ madwar €1,526.

Ir-raġel Libjan mistenni jitressaq il-Qorti llum