Stuart Bingham, l-ekschampion tad-dinja tal-isnooker ġie sospiż sitt xhur minħabba mħatri li lagħab fuq partiti tas-snooker, partiti li lagħab fihom hu stess.
Bingham, ta’ 41 sena, instab ħati li kiser ir-regolamenti tal-assoċjazzjoni tal-World Billiards & Snooker. Il-plejer numru 10 fir-rankings mondjali jrid iħallas ukoll multa ta’ kważi €25,000.
Il-WPBSA qalet li ma kelliex provi li Bingham għamel dan biex jinfluwenza logħbiet tiegħu stess u s-sentenza tal-plejer tista’ tonqos bin-nofs.
Madankollu, l-WPBSA għandha provi li Bingham, fl-aħħar seba’ snin lagħab imħatri fuq l-isnooker li jlaħqu l-ammont ta’ €40,000.
Jason Ferguson, Chairman tal-WPBSA qal li hu diżappuntanti ħafna l-fatt li plejer tal-kalibru ta’ Bingham naqas milli jirrispetta r-regolamenti tas-snooker.
//= $special ?>