Lokali Qorti

Victor Scerri, eks President tal-PN jirbaħ libell kontra l-midja Laburista u l-inews

Il-Qorti ddikjarat l-istorja mis-Super One, il-Partit Laburista u l-inews bħala waħda malafamanti.

Victor Scerri, eks President tal-Partit Nazzjonalista rebaħ libell fuq il-Partit Laburista, is-Super One u l-inewsmalta.com. Huma nstabu ħatja fi tliet sentenzi separati ta’ libell li saru minn Victor Scerri.

Fl-istorja huma allegaw li Scerri ta’ daqqa lil plejer tal-futbol f’Ottubru 2014. Allegaw li Scerri daħal fiż-żona fejn joqogħdu l-uffiċjali u sostituti u ta’ daqqa ta’ ponn lil wieħed mill-plejers tal-futbol. Din l-aħbar kienet bdiet tinxtered waqt partita futbol li kien hemm bejn Santa Luċija u Marsaskala.

Il-Maġistrat Francesco Depasquale fis-sentenza tiegħu qal li l-ġurnalist irid li jħares li juża l-kitba tiegħu biex ixxandar il-verità u f’ċirkostanza bħal din l-istorja ma kinietx. Għalhekk il-Qorti kkunsidrat li dak li nkiteb kien biss difamatorju u ordnat lis-Super One jħallas €3,000 filwaqt li inewsmalta.com u l-Partit Laburista ġew ikkundannati jħallsu €2,000 u €1,000 rispettivament.