Lokali

FILMAT: Taljan iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli f’sit tal-kostruzzjoni

Ħaddiem Taljan sofra feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular f’sit tal-kostruzzjoni f’Tal-Ibraġġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm fi Triq V. Menville, meta r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol u għal xi raġuni waqa’ mill-għoli.

Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku, flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li għenu lir-raġel qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Kien hemm bżonn ukoll li jintuża tower ladder tal-Protezzjoni Ċivili minħabba ma kienx possibbli li r-raġel jinħareġ bl-istretcher mit-taraġ li jagħti għall-bieb prinċipali.

Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi kawża ta’ xi ksur li ġarrab.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.