Lokali

Il-Kumitat Eżekuttiv jiproponi li jinħatru Diretturi taħt l-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Waqt laqgħa lbieraħ filgħaxija, l-Kumitat Eżekuttiv iddiskuta u approva proposta mressqa mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex jissaħħu l-istrutturi amministrattivi tal-Partit.

B’hekk, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista approva li jinħatru Diretturi taħt l-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali biex jieħdu post il-kariga ta’ Assistent Segretarju Ġenerali.

Din il-proposta issa titressaq quddiem il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li se jiftaħ il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru.