Lokali

L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja tapprezza l-isforz tal-MUT dwar l-għalliema u l-LSAs

Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja ħarġet numru ta’ punti li fihom tat appoġġ lid-direttivi tal-MUT lill-għalliema u l-Learning Support Assistants kollha fis-setturi tal-Istat u tal-Knisja.

L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja qalet li:

  1. Tapprezza l-isforz kollettiv li l-MUT qed turi biex ittejjeb il-kundizzjonijietta l-impjieg, partikolarment il-paga tal-edukaturi u b’hekk tgħolli b’mod tanġibbli r-rispett dovut lejn il-professjoni tal-edukaturi;
  2. Tawgura li jintlaħaq ftehim bla dewmien mal-awtoritajiet kompotenti biex l-interessi tal-studenti jiġu mħarsa wkoll;
  3. Tikkommetti ruħha li tkompli n-negozjati mal-MUT fi spirtu ta’ djalogu u rispett reċiproku;
  4. Tappella lill-pubbliku biex isawwar kultura ta’ rispett lejn l-edukaturi kollha minflok jingħadu kummenti infundati u negattivi fil-konfront tal-edukaturi.