Ritratt tal-grupp ta’ nisa li mill-bieraħ sal-Ħadd li ġej qed jikkampjaw quddiem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-Pjazza ta’ Kastilja dwar is-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha f’pajjiżna wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jiddomina l-ewwel pana tal-ġurnal In-Nazzjon. Storja oħra ewlenija fil-ġurnal tittratta l-iżviluppi fl-investigazzjonijiet dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia hekk kif waslu f’pajjiżna aktar analisti barranin mill-Europol biex jgħinu fl-investigazzjonijiet.
Stejjer oħrajn fil-ġurnal jittrattaw it-tieni protesta li se ssir il-Ħadd li ġej min-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili f’Tas-Sliema; iż-żjara li se tagħmel f’Malta delegazzjoni mill-Parlament Ewropew biex tinvestiga dwar is-saltna tad-dritt, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; u s-sentenza mill-Qorti tal-Appell li lliberat minn kull akkuża Surġent li kien akkużat li għamel użu mingħajr awtorizzazzjoni mis-sistema tal-Pirs tal-Pulizija b’rabta mal-isparatura tal-eksxufier tal-eks-Ministru tal-Intern Manuel Mallia.
Fil-paġni tal-opinjonijiet tal-ġurnal illum hemm l-analiżi ta’ kull nhar ta’Ġimgħa ta’ Joe M. Zahra, u r-riflessjoni ta’ Fr Mario Attard.
//= $special ?>