“Il-Ministru tal-Intern qal li Daphne Caruana Galizia mietet għax kienet sfortunata – b’dan il-kliem il-Ministru ddefenda lil min hu korrot u kriminali, u għaldaqstant hu kompliċi… Daphne inqatlet għax kixfet il-korruzzjoni.” – kliem li ntqal minn oħt Daphne Caruana Galizia li wkoll ġie kwotat minn grupp ta’ attivisti li qegħdin jikkampjaw bi protesta quddiem Kastilja.
Fuq it-taraġ ta’ Kastilja – fil-konferenza tal-aħbarijiet, dawn in-nisa rrepetew it-talbiet tagħhom, dik li jirreżenjaw il-Kummissarju tal-Pulizja u l-Avukat Ġenerali, u li minflokom jiġu eletti nies b’2/3 vot fil-Parlament.
Fuq l-istess taraġ ta’ Kastilja, reġa’ ntuża l-banner b’wiċċ il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u fuqu tqegħdu numru ta’ banana, filwaqt li l-attivisti żammew numru ta’ kartelluni b’messaġġi ta’ ġustizzja għal dak li seħħ lill-ġurnalista u lil pajjiżna.
Net News tkellem ma’ Clemence u Philippa, żewġ attivisti ta’ Occupy Justice li qegħdin jikkampjaw bi protesta quddiem il-Berġa ta’ Kastilja – fejn stqarru li qed imorru ħafna nies jappoġġjaw il-kawża tagħhom u jieħdu magħhom anke l-ikel:
Fl-aħħar tal-konferenza tal-aħbarijiet, l-attivisti qassmu man-nies preżenti weraq tar-rand li ngħataw mill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia stess – fejn dan l-istess weraq kiber minn siġra fil-ġnien tal-ġurnalista stess, u li minnu nnifsu jissimbolika l-isem ta’ Daphne fil-mitoloġija Griega.
//= $special ?>