Lokali

Ritratti: Xarabank tinqered minn nar qawwi

Membri tal-Protezzjoni Ċivili ikkontrollaw nar qawwi li qered għal kollox xarabank privata fiż-żona tal-Higher Secondary tan-Naxxar.

Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ b’Net News li hu nfurmat li fil-kowċ f’dak il-ħin ma kienx hemm passiġġieri.

Kawża ta’ dan, it-telgħa li tagħti lejn il-kulleġġ ingħalqet għat-traffiku u nġema’ traffiku kbir fl-inħawi tan-Naxxar u Ħal Lija.