Internazzjonali

Skwalifikat minn Viċi-Prim Ministru tal-Awstralja

 

Il-Qorti Għolji tal-Awstralja deċidiet li l-Viċi-Prim Ministru Awstraljan, Barnaby Joyce, u erba’ politiċi oħra kienu ġew eletti fuq ‘bażi ħażina u mhix xierqa’ peress li huma kellhom iċ-ċittadinanza doppja.

Il-verdett tal-qorti jfisser li tlieta mill-politiċi, fosthom Barnaby Joyce, huma skwalifikati mill-karigi pubbliċi. Iż-żewġ politiċi l-oħra li għaddew mill-istess proċess kienu għażlu biex iwarrbu fuq il-volontà tagħhom f’Lulju li għadda.

Il-Kostituzzjoni Awstraljana tipprojixxi lir-residenti b’ċittadinanza doppja milli jkunu eletti għall-karigi pubbliċi u t-tluq ta’ Joyce ifisser ukoll li l-Gvern Awstraljan, issa, tilef il-maġġoranza ta’ siġġu wieħed fil-Gvern u li l-Prim Ministru Malcolm Turnbull qed imexxi gvern ta’ minoranza.

Madankollu, Joyce, ‘il quddiem, jista’ jirritorna fil-Gvern permezz ta’ by-election fi New South Wales. Dan meta Joyce – li, f’Awwissu, kien irrinunċja ċ-ċittadinanza ta’ New Zealand – wiegħed li jerġa’ jikkuntesta għas-siġġu fil-kamra t’isfel tal-Parlament Awstraljan.