Lokali

Wara erbat ijiem, il-Gvern jilqa’ l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni

Oppożizzjoni effettiva. Il-Gvern kellu jċedi u jilqa’ l-mozzjoni li ressaqt bħala Kap ta l-Oppożizzjoni f’isem Il-grupp kollu biex niddiskutu t-talbiet tas-soċjeta’ ċivili li bħal Partit Nazzjonalista qed jitolbu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u ta’ l-Avukat Ġenerali u biex dawn jinħatru b’żewg terzi tal-Kamra.

Kienet din ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wara li filgħodu l-Gvern fil-Kumitat Parlamentari għax-Xogħol tal-Kamra il-Gvern aċċetta li ssir diskussjoni dwar it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet nhar it-Tnejn li ġej 30 ta’ Ottubru 2017.

Dan Wara l-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex il-parlament jiddiskuti urġentament is-sitwazzjoni perżenti bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u wara li l-gvern kien irrifjuta din il-proposta.

Oriġinarjament il-Gvern kien oppona li ssir din id-diskussjoni meta tressqet mill-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġimgħa l-oħra.

Wara erbat ijiem, il-Gvern jilqa’ l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni

F’reazzjoni l-Partit Nazzjonalista nnota li wara erbat ijiem iwebbes rasu, l-Gvern ghazel li jilqa’ l-mozzjoni tal-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia ghal dibattitu urgenti fil-Parlament dwar it-talbiet tas-socjeta’ civili wara l-qtil politiku tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia.

Hi hasra li dan id-dibattitu ma sarx minnufih, izda l-Gvern baqa’ jwebbes rasu.

L-Oppozizzjoni se tkun qed tiehu sehem f’dan id-dibattitu u twassal il-vuci tas-socjeta’ civili fil-Parlament, b’mod partikolari biex jitnehhew il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Generali, u biex terga’ tibda tinbena fiducja fl-istituzzjonijiet ta’ pajjizna.