Ritratti mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika
Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika fi stqarrija avża lill-pubbliku sabiex jiġi evitat l-użu ta’ contact lenses kożmetiċi li jinsabu għall-bejgħ minn ħwienet lokali jew mill-internet għall-Halloween.
Intqal li bl-użu ta’ dawn il-contact lenses, wieħed jista’ jidħol f’riskju li jkollu korriment fl-għajnejn b’ ħafna uġigħ, infezzjonijiet serji fl-għajnejn, kif ukoll hemm ir-riskju li wieħed jista’ jitlef id-dawl t’għajnejh għal ftit żmien jew anke b’mod permanenti (tista’ tagħma).
Persuni li jkunu qatt ma’ użaw contact lenses huma wkoll fir-riskju li joborxu l-kornea, kif ukoll jesponu l-għajnejn għal infezzjonijiet serji. Is-sintomi ta’ infezzjoni fl-għajnejn jinkludu ħmurija, ħakk, nefħa, uġigħ u problemi tal-vista.
Qiegħed ikun avżat biex dawn il-prodotti ma jintużawx, speċjalment mit-tfal. Għandu jintalab parir mediku immedjat jekk xi persuna jkollha xi sinjali ta’ infezzjoni fl-għajnejn.