Lokali

FILMAT: Antonio Tajani jgħid lill-Papa Franġisku li ‘inkwetat’ bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani semma dak li qed jiġri f’Malta f’udjenza li kellu mal-Papa Franġisku. Hu kien qed jitkellem waqt il-konferenza (Re)Thinking Europe.

“Inkwetati dwar dak li qed jiġri f’Malta, fejn ġurnalista li kienet qed tfittex il-verità spiċċat maqtula b’mod brutali,” qal Antonio Tajani fid-diskors tiegħu.

Tajani semma lil Malta wara li esprima wkoll inkwiet għal dak li qed jiġri f’pajjiżi oħra, fosthom fil-Myanmar u fit-Turkija.

Żied jitkellem dwar l-impenn tal-Unjoni Ewropea li ġġib l-għaqda bl-iskop li tkun tista’ tagħmel rikonċiljazzjoni permezz tad-djalogu u t-tolleranza.

Għal din il-konferenza kien hemm preżenti l-MEP Roberta Metsola.

Ara l-filmat mill-10 minuta u 6 sekondi (10:06)