Lokali Qtil Politiku

FILMAT: “Ma nistgħux nerġgħu mmorru lura għaż-żminijiet tad-dlam” – Il-President ta’ Malta

Il-President ta' Malta rreferiet għall-kliem ta’ Tony Zarb, u saħqet li qatt m’għandu jiġi ġġustifikat kliem hekk

Wara jiem ta’ protesta quddiem Kastilja – wħud mill-attivisti li kienu qegħdin jikkampjaw ltaqgħu mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca fil-Palazz fil-Belt Valletta. F’din il-laqgħa, l-attivisti f’isem l-Occupy Justice tennew l-għan aħħari tagħhom – filwaqt li saħqu li l-poplu Malti m’għandux bażi u informazzjoni dwar l-istituzzjonijiet.

Minn naħa tagħha, l-President ta’ Malta qalet li tikkundanna kull ma għandu x’jaqsam ma’ diskors li jinċita l-mibgħeda jew diskriminazzjoni. Fl-istess ħin hi rreferiet għall-kliem ta’ Tony Zarb, u saħqet li hi taf lil dan il-persuna sew – madanakollu qatt m’għandu jiġi ġġustifikat, lanqas fis-saħna tal-mument.

Il-President appellat biex ma nerġawx imorru fiż-żminijiet tad-dlam:

Il-President Marie Louise Coleiro Preca tenniet li sfortunatament il-poplu mhux informat biżejjed dwar il-Kostituzzjoni Maltija u d-drittijiet li fiha – u għaldaqstant issa hu l-mument li nsaħħu d-demokrazija f’pajjiżna.

Ara dak li seħħ ilbieraħ mill-istess grupp ta’ attivisti, fil-protesta tagħhom Occupy Castille:

RITRATTI: “Min jiddefendi lill-korrotti u kriminali, hu kompliċi” – oħt Daphne Caruana Galizia