Tinsiex li llejla se nressqu l-arloġġ b’siegħa lura – hekk kif se jispiċċa il-ħin tas-Sajf.
Fil-lejl li ġej ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, fis-sagħtejn ta’ filgħodu, se nressqu l-arloġġ b’siegħa lura. Dan iġifieri mis-sagħtejn ta’ filgħodu jrid idur għas-siegħa ta’ filgħodu.
Għaldaqstant, illejla se norqdu siegħa aktar mis-soltu, u minn għada se jkollna ġranet iqsar hekk kif ix-xemx tibda l-inżul tagħha aktar kmieni fil-ġurnata.
Importanti li wieħed jinnota wkoll li numru kbir ta’ arloġġi elettroniċi, partikolarment dawk fuq mobiles u laptops, jimxu siegħa lura waħedhom mingħajr ebda bżonn li s-siegħa titreġġa’ lura manwalment.
//= $special ?>