Juventus telgħu temporanjament fl-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ Napoli li għandhom logħba inqas meta għelbu lil Milan bi skor ta’ 2-0 f’San Siro.
Ir-rebħa kienet waħda meritata u issa din it-telfa ta’ Milan se tkompli żżid il-pressjoni fuq il-kowċ tagħhom Vincenzo Montella.
Fit-23 minuta Juventus marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ HIGUAIN li skurja b’xutt fir-rokna tax-xibka.
Wara dan il-gowl kien hemm reazzjoni ta’ Milan li minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima laqtu l-lasta permezz ta’ Kalinic li wkoll kellu x-xutt tiegħu parzjalment salvat minn Buffon.
Ta’ dan pattew qares għax fit-63 minuta Juventus irduppjaw b’gowl ieħor ta’ HIGUAIN li skurja b’xutt preċiż li għeleb lil Donnarumma.
//= $special ?>