Internazzjonali

Iwissi dwar theddida akbar mill-Korea ta’ Fuq

 

Is-Segretarju tad-Difiża Amerikan, James Mattis, wissa li żdiedet it-theddida ta’ attakk nukleari mill-Korea ta’ Fuq.

Mattis, li kien qed iżur il-Korea t’Isfel, għamilha ċara li l-Korea komunista tiffaċċja ‘reazzjoni militari massiċċa’ f’każ li tasal f’dan il-punt.

Mattis kompla li l-Istati Uniti qatt mhi se taċċetta Korea ta’ Fuq b’kapaċità ‘nukleari’ u qal li r-reġim fi Pyongyang ‘jinsab għaddej b’attività illegali fi żmien meta l-kollaborazzjoni għas-sigurtà bejn Washington u l-Korea t’Isfel saret aktar urġenti minn qatt qabel.’