Disa’ baħrin, fir-Renju Unit, li kienu qed jagħtu servizz fuq sottomarin mgħammar bil-missili nukleari tkeċċew mir-Royal Navy wara li ma għaddewx minn testijiet tad-droga.
Id-disa’ kienu parti mill-ekwipaġġ tal-HMS Vigilant, li jġorr il-missili (nukleari) Trident, u l-istampa Ingliża rappurtat li dawn il-baħrin kienu nqabdu bi traċċi tal-kokaina fis-sistema tagħhom.
Kelliema qalu li n-Navy ma jittollerax l-abbuż tad-droga ‘u li l-baħrin tkeċċew talli ma rrispettawx il-kriterji tas-servizz stabbiliti’.
//= $special ?>


