Futbol Sport

KAMPJONAT BOV PREMIER – Rebħa komda Beltija

Keane Cutajar

VALLETTA FC………………..3
ST. ANDREWS………………..0

Valletta komplew isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fill-klassifika wara wirja konvinċenti kontra St. Andrews li biha għelbuhom 3-0.

Innutajna li St. Andrews ma kellhom lil ħadd imniżżel bħala kowċ fuq il-lineups uffiċċjali b’ Fausto Craighero u Joseph Farrugia dehru fill-kontroll tat-tim. Fuq in-naħa l-oħra rajna lil Kyrian Nwoko jkollu prestazzjoni tajba ħafna kontra l-eks tim tiegħu.

It-tim tal-Belt ikkontrolla sa mill-bidu tal-partita filwaqt li St. Andrews rari kellhom attakki minn naħa tagħhom u spiċċaw jiddefendu attakk wara l-ieħor għal ħafna ħin tul il-logħba.
L-ewwel taqsima offriet attakki kontinwi minn naħa tal-belt u daħlu jistrieħu tlieta b’xejn minn fuq. Fit-tieni taqsima ma tantx rajna azzjonijiet waqt li Valletta żammew il-pusess b’kumdita’.

Valletta fetħu l-iskor wara sitt minuti. Kien Henry Bonello li ħareġ għal kross u kien pront tefa lejn Matteo Piciollo. Dan tal-aħħar għadda lejn Denni ROCHA DOS SANTOS li għadda minn mal-gowlkiper u tefa fix-xibka.

Valletta resqu viċin ftit minuti wara b’tlett attakki wara xulxin f’temp ta’ tlett minuti. Freekick ta’ Denni għadda ftit barra biex ftit wara Kyrian Nwoko daħal tajjeb iżda sab lil Matthew Calleja Cremona jsalva. L-istess gowlkiper imblokka tajjeb xutt b’saħtu ta’ Santiago Malano minuta wara.

Kien fil-21 minuta li Valletta għamluwhom tnejn. Kien kross minn mal-limiti ta’ nofs il-grawnd ta’ Caslitu li perfettament sab lil Jean BORG li spara ġewwa bir-ras.

Valletta għamluwhom tlieta hekk kif qabżu nofs sija logħob. Kien Nwoko li daħal tajjeb u kien ġeneruż għadda lejn PICIOLLO li ma kellu xejn x’jagħmel ħlief li jitfa f’lasta vojta.

Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima kien Calleja Cremona li tar minn tulu biex salva tajjeb fuq xutt ta’ Nwoko.
Fil-58 minuta Aiden Friggieri daħal tajjeb iżda ixxutja ċentrali u faċli għal Bonello, f’wieħed mill-ftit attakki tal-vjola.

Meta kien fadal għaxar minuti Friggieri ra xutt tiegħu jgħaddi barra wara azzjoni tajba minn naħa ta’ St. Andrews.