Futbol Sport

KAMPJONAT BOV PREMIER – Rebħa konvinċenti Karkariża

Keane Cutajar

BIRKIRKARA …………..3
TARXIEN R………………..1

It-tim ta’ Paul Żammit akkwistaw ir-raba’ rebħa tal-istaġun meta’ għelbu lil Tarxien 3-1. Fuq in-naħa l-oħra Tarxien sofrew is-sitt telfa tal-istaġun.

Birkirkara fetħu fuq l-offensiva mill-bidu iżda naqsu milli jkunu perikolużi hekk kif sabu lid-difiża Tarxieniża tbiegħed kull periklu u kien biss fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima li marru fill-vantaġġ. Birkirkara għamluhom tnejn fil-bidu tat-tieni taqsima u kien l-eks Birkirkara Desira Buttiġieġ li naqqas d-distakk aktar tard fit-taqsima qabel Birkirkara skurjaw it-tielet biex għalqu l-partita.

Interessanti ngħidu li L-aħwa Grech ma lagħbux kontra xulxin hekk kif Luke Grech beda’ l-partita għal Tarxien u kien sostitut ftit qabel ma daħal jilgħab ħuh Jake.

Wara tmien minuti, Luke Montebello ittanta xortih minn pożizzjoni angolata b’Christian Cassar itajjar il-periklu.
Tliet minuti wara reġa’ kien protagonist Christian Cassar li salva tajjeb fuq daqqa ta’ ras ta’ Fabiano Montero wara freekick perikoluż ta’ Birkirkara.

Birkirkara pprotestaw għal penalty meta’ kienu għaddew nofs sija logħob meta allegatament Luke Grech mess il-ballun b’idu fil-kaxxa. Sandro Spiteri ħalla l-logħob għaddej.

Minuta biss wara kien Montebello li daħal tajjeb u hekk kif kellu lasta vojta ikkonkluda iżda sab lil Ebiabowei Baker li imblokka biex salva lil sħabu milli jmorru minn taħt.
Birkirkara fetħu l-iskor minuta minn tmiem l-ewwel taqsima meta kien freekick ta’ Carlos Alberto DA SILVA JUNIOR li ddevja mal-ħajt ta’ Tarxien qabel daħal fix-xibka.

Birkirkara fetħu t-tieni taqsima b’gowl. Kien Montebello li għadda lejn Fabiano MONTERO DE OLIVEIRA qabel tefa’ fill-baxx fir-rokna tax-xibka fejn ħalla lil Christian Cassar iħares.

Christian Cassar żamm l-iskor kif kien meta wettaq savestupend wara ravuxxata ta’ Montebello fil-kaxxa ż-żgħira.
Is-sostitut eks Birkirkara Matteo DESIRA BUTTIĠIEĠ naqqas id-distakk fit-63 minuta meta’ laħaq il-ballun wara nuqqas ta’ komunikazzjoni u żball tad-difiza Karkariża biex ma kellu xejn ħlief li jitfa’ fix-xibka. Interessanti ngħidu li l-stess awtur tal-gowl maċ-ċelebrax.

Birkirkara għamluhom tlieta meta kien għad fadal għaxar minuti wara li s-sostitut JAke Grech għadda tajjeb lejn Nikola VUKANAC li tefa’ ġewwa.

Fl-aħħar azzjoni tal-partita għal Birkirkara kien Christian Cassar li salva tajjeb bil-ballun waqa’ għand Edward Herrera li għamel l-impossibli u tefa’ barra b’lasta vojta.

David Cassar fuq in-naħa l-oħra wettaq sejv brillanti fuq Darmanin meta ġie waħdu fl-aħħar sekondi.