Il-poplu tal-Iżlanda qed jivvota għal Gvern ġdid wara li kwistjoni dwar raġel irreġistrat bħala pedofolu wassal għall-kollass tal-koalizzjoni f’Reykjavik immexxija mill-Prim Ministru Bjarni Benediktsson. L-iskandlu li wassal għall-elezzjoni kien dovut għall-informazzjoni li żvelat li missier Benediktsson kien kiteb ittra biex jappella ’għar-restawr tal-unur’ lill-pedofolu inkwistjoni.
Din hi t-tieni elezzjoni għall-għarrieda f’sena fl-Iżlanda u qed issir meta l-elettorat hu xettiku ħafna dwar il-politiċi minkejja li l-ekonomija tal-pajjiż għaddejja minn żmien tajjeb.
Proprju s-sena l-oħra, skandlu dwar kumpannija offshore kien wassal għar-riżenja tal-eks Prim Ministru Iżlandiż Sigmundur Gunnlaugsson. L-informazzjoni li ħarġet bħala leak mill-kumpannija tal-liġi Mossack Fonseca, ibbażata fil-Panama, uriet, dak iż-żmien, li Gunnlaugsson u martu kenu l-proprjetarji tal-kumpannija offshore inkwistjoni u li huma baqgħu ma ddikjarawhiex.
//= $special ?>

