L-istejjer ewlenin tal-ġurnal In-Nazzjon jibqgħu dominati mill-iżviluppi dwar il-qtil makabru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. In-Nazzjon jirrapporta f’diversi stejjer li l-katavru issa hu rilaxxat u jibdew il-tħejjijiet għall-furneral tal-vittma; ir-rotta 103 li tgħaddi mill-viċinanzi tar-residenza tal-vittma taf tkun kruċjali fl-investigazzjonijiet; u l-kundanni li saru għal kliem ta’ mibegħda lil għamel Tony Zarb, eks-Segretarju GWU u konsulent tal-Gvern, li nfexx f’attakk ta’ tgħajjir u insulti kontra nisa li qed jipprotestaw paċifikament quddiem Kastilja.
Fil-paġni tal-opinjonijiet illum insibu l-analiżi ta’ Liam Sciberras, il-kummentarju ta’ kull nhar ta’ Sibt ta’ Victor Camilleri u r-riflessjonijiet ta’ Fr. Norbert Ellul Vincenti u ta’ Fr. Reno Muscat.
//= $special ?>