Il-belt ta’ Mogadishu, il-kapitali tas-Somalja, għadha kemm intlaqtet minn żewġ splużjonijiet kbar viċin ta’ xulxin, bl-ewwel waħda sseħħ meta terroristi saqu karozza-bomba għal ġo lukanda. It-tieni splużjoni seħħet ftit wara, qrib il-bini li darba serviet bħala s-sit tal-Parlament.
L-aħħar rapporti qalu li numru ta’ militanti assedjaw il-lukanda bl-isem Nasa Hablod Two dritt wara l-isplużjoni, bl-ammont tal-vittmi ma jissemmiex. Intant, is-servizzi paramediċi f’Mogadishu qalu li l-attakki rriżultaw ‘f’ħafna mejtin u midruba’.
Il-lukanda attakkata hi attiva ħafna u fejn fl-aħħar ġimgħat kienet frekwentata minn deputati, membri tal-qawwiet militari u ċivili.
Madwar ġimgħatejn ilu splużjoni ta’ bomba kbira fil-qalba ta’ Mogadishu kienet ħallet madwar 360 mejtin, bl-ebda grupp armat ma jieħu responsabbiltà għad-dmija.
//= $special ?>

