Lokali

Tibda l-votazzjoni bikrija għall-elezzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv u l-President tal-Kunsill Ġenerali

Fit-8 ta’ dalgħodu bdiet il-votazzjoni għall-elezzjonijiet bikrija għall-Kumitat Eżekuttiv u l-President tal-Kunsill Ġenerali fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Il-Kunsilliera tal-Partit jistgħu jivvutaw fid-Dar Ċentrali tal-Partit u fis-Subheadquarters tal-PN f’Ta’ Sannat f’Għawdex.

Din l-elezzjoni għall-membri fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ħolqot entużjażmu kbir fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, tant li għat-18-il membru f’wieħed mill-ogħla organi tal-Partit Nazzjonalista, 59 persuna tefgħu n-nomina tagħhom.

F’Malta l-ħinijiet tal-votazzjoni huma bejn it-08.00 u t-20.00 filwaqt li f’Għawdex bejn it-08.00 u s-19.30.

Il-ġimgħa d-dieħla, is-Sibt 4 ta’ Novembru, tkompli l-elezzjoni fl-istess ħinijiet. Huwa importanti li biex wieħed jivvota jieħu miegħu d-dokument tal-vot u l-karta tal-identità.

Aqra aktar fuq min se jkunu l-kandidati għal din l-elezzjoni fuq din il-link;

Rispons mill-aqwa għall-elezzjoni tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista – 59 nominazzjoni