Lokali

Żewġt irġiel iweġġgħu f’inċident tat-traffiku fl-Imsida

Taljan ta’ 44 sena qed isofri ġrieħi gravi, filwaqt li passiġġier Taljan ukoll t’20 sena li kien hemm miegħu fil-mutur weġġa ħafif f’inċident tat-traffiku li seħħ fl-Imsida għall-ħabta ta’ nofsilejl.

L-inċident seħħ fi Triq Dun Karm, l-Imsida.

Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Piaggio Liberty u karozza tal-għamla Renault Clio.

Is-sewwieq tal-mutur – raġel Taljan ta’ 44 sena, residenti San Pawl il-Baħar u kif ukoll il-passiġġier li kien riekeb miegħu, ittieħdu b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Ix-xufier tal-karozza, li għandu 21 sena, residenti Ħ’Attard ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.