Lokali

Ċiklista tindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Ritratt mill-arkivji

Ċiklista weġġgħet wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, ir-Rabat Malta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u kwart tal-Ħadd filgħodu li minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn ċiklista ta’ 47 sena, residenti Ħ’Attard u vettura tat-tip Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 70 sena li joqgħod il-Mellieħa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklista l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Iktar tard hi ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.