Sport Sport Ieħor

Dovizioso jirbaħ f’Sepang u jibqa’ jittama li jikseb il-kampjonat tal-Moto GP

Andrea Dovizioso jiċċelebra fuq il-podju wara r-rebħa tiegħu fil-Malasja (Ritratt: EPA)

Andrea Dovizioso baqa’ jittama li jirbaħ il-kampjonat wara li kiseb is-sitt rebħa tal-istaġun fiċ-ċirkwit ta’ Sepang. Is-sewwieq tad-Ducati kellu jibqa’ kalm taħt pressjoni kbira biex b’din ir-rebħa li għalih kienet bilfors, se jieħu l-kampjonat biex jiġi deċiż fl-aħħar tiġrija.

Dovizioso spiċċa rebbieħ 0.7 ta’ sekonda qabel Jorge Lorenzo f’doppjetta għad-Ducati, bil-leader tal-kampjonat Marc Marquez ta’ Honda jispiċċa fir-raba’ post. Johann Zarco rnexxielu jikseb l-aħħar post fuq il-podju.

Kien Marquez li beda tajjeb mit-tielet filliera, iżda ċ-champion renjanti flimkien ma’ Lorenzo ħarġu ftit il-barra b’Zarco jirnexxielu jitla’ fl-ewwel post. Lorenzo kien jinsab fit-tieni post filwaqt li Marquez kien fit-tielet post, b’Dovizioso jkun is-sewwieq li jkun qed jitlef.

Il-vantaġġ ta’ Zarco beda jonqos, Dovizioso qabeż lil Marquez l u imbagħad iż-żewġ muturi tad-Ducati qabżu l-Franċiż. Marquez deher li kellu r-ritmu biex jaqbeż lil Zarco, iżda ċ-champion renjanti ma setax jaqbżu.

Lorenzo baqa’ qrib Dovizioso iżda f’mument minnhom għamel żball żgħir. It-Taljan ra ċ-ċans li jkabbar id-distakk, iżda t-tnejn baqgħu viċin, bl-aħħar dawriet ikunu nervużi.

Zarco kien jinsab ftit lura u daħal fit-tielet post, filwaqt li Marquez kien tmien sekondi aktar lura, b’Dani Pedrosa tal-Honda jkompli l-ewwel ħamsa. Danilo Petrucci spiċċa tiġrija brillanti bil-wet tyres wara li kien sfurzat jibda mill-aħħar minħabba problema teknika, u spiċċa fis-sitt post.

Il-veteran Valentino Rossi kien qrib il-kompatrijott iżda daħal fis-seba’ post qabel Jack Miller. Maverick Vinales kellu tiġrija diffiċli u temm id-disa’, b’Pol Espargaro jagħti l-KTM l-għaxar post wara tiġrija oħra pożittiva.

L-aħħar tiġrija tkun lura fl-ewropa f’Valencia, b’Marquez jinsab 21 punt fuq Dovizioso, f’tiġrija li minkejja li Marquez hu l-favorit, jista’ jiġri kollox.

Kif spiċċaw

1. Andrea Dovizioso      44:51.497

2. Jorge Lorenzo             +0.743

3. Johann Zarco             +9.738

4. Marc Marquez            +17.763

5. Dani Pedrosa              +29.144

6. Danilo Petrucci           +30.380

7. Valentino Rossi          +30.769

8. Jack Miller                 +35.238

9. Maverick Viñales       +38.053

10. Pol Espargaro           +39.847

Tags