Filmat li ttella’ fl-aħħar sigħat juri raġel mitluq f’nofs ta’ triq f’San Ġiljan, jgħajjat u jitgħawweġ bla kontroll, aktarx kawża tal-effetti tad-droga.
Net News hu nfurmat li l-każ seħħ il-Ġimgħa filgħodu u mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel kien taħt l-effetti tal-flakka, li tnissel f’min joħodha dellirju kbir akkumpanjat minn imġieba ewforika u vjolenti. Wieħed mill-effetti tagħha hija li tagħti lil min joħodha saħħa barranija.
Id-droga flakka tkun qisha żrar abjad, u hija meqjusa bħala droga li għandha l-potenzjal li tkun ferm aktar perikoluża minn drogi oħra, fosthom mill-kokaina.
//= $special ?>

