Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u għaxra, ġuvni ta’ 25 sena weġġa’ gravi f’inċident stradali fi Triq Villa Rosa, is-Swieqi.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li ġuvni ta’ 25 sena residenti Birkirkara safa’ milqut minn vettura tat-tip Skoda Felicia li dak il-ħin kienet qegħda tiġi misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard il-ġuvni ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>