Lokali

Illum se ssir it-tieni Demostrazzjoni Nazzjonali f’Tas-Sliema bit-tema ‘Ġustizzja’

Illum se tiġi organizzata t-tieni Demostrazzjoni Nazzjonali bit-tema ‘Ġustizzja’, din id-darba f’Tas-Sliema. Din id-dimostrazzjoni, li se tibda fl-4 ta’ waranofsinhar f’Għar id-Dud/ix-Chalet, qed tkun organizzata minn Netwerk tas-Soċjetà Ċivili. Huma se jimxu lejn Triq Amery f’Tas-Sliema. F’din it-triq, trabbiet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li nqatlet b’mod makabru nhar it-Tnejn 16 ta’ Ottubru.

Għal din id-demsotrazzjoni se jkun hemm ħames kelliema, li huma Jacques Rene Zammit, Jurgen Balzan, Andrew Borg Cardona, Claudia Taylor East u Josef Vella, fejn se jindirzzaw lill-folla. In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili stieden lil dawk li se jattendu biex iġibu magħhom sfafar u tnabar, u kif ukoll weraq tar-rand, li huma simbolu ta’ saħħa u qlubija.