Il-Guardia di Finanza ta’ Foggia, fl-Italja, wettqet sekwestru ta’ €800,000 fuq kumpanija li fost l-oħrajn ittrasferiet il-profitti lejn trust bis-sede legali f’pajjiżna bi skop li jinħeba l-qligħ.
Il-każ hu dwar kumpanija li kienet toffri servizzi sanitarji ta’ assistenza soċjali li falliet wara sentejn li matulhom u sistematikament ma tħallsux il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal valur ta’ kważi €1.5 miljun u taxxi għal iżjed minn €750,000 għad-detriment ta’ 121 impjegat.
Dam wassal biex il-kumpanija, billi ma ħallsitx it-taxxi dovuti u l-kontribuzzjoni soċjali tal-impjegati, għamlet qligħ illegali.
Dwar dan il-każ qed ikun investigat is-sid tal-kumpanija, anzjan ta’ 64 sena li ttrasferixxa l-profitti tiegħu f’tax haven fis-Seychelles u wara fi trust b’sede legali f’Malta. Hu uża dan il-metodu biex jaħbi l-profitti tiegħu u finalment saħansitra wassal lill-kumpanija għall-falliment bi skop.
Ġew arrestati wkoll żewġ persuni oħra ta’ 34 u 49 sena minn San Severo u Apricena rispettivament, kif ukoll sekwestru ta’ villa lussuża u art agrikola f’Apricena, ħames appartamenti, żewġ garaxxijiet, 2 binjiet kummerċjali f’Apricena u Termoli kif ukoll karozza.
//= $special ?>

