Leicester kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva wara li fil-King Power Stadium għelbu lil Everton 2-0, biex tal-aħħar komplew is-serje negattiva.
B’din it-telfa, Everton baqgħu fiż-żona l-ħamra tal-klassifika bi tmien punti minn għaxar logħbiet filwaqt li Leicester telgħu f’nofs il-klassifika, f’dik li kienet l-ewwel logħba għal Claude Puel fit-tmexxija tat-tim.
Kien Jamie Vardy li fetaħ l-iskor fit-18-il minuta wara li kkonkluda b’suċċess azzjoni maħduma tajba, b’Riyad Mahrez jikkrossja lill-attakkant Ingliż.
Leicester irduppjaw man-nofs siegħa logħob b’xutt ta’ Demarai Gray minn tarf il-kaxxa, bid-difensur Kenny jonqos li jolqot il-ballun biex qarraq b’Jordan Pickford.
Fil-logħba l-oħra, Brighton u Southampton spiċċaw fi draw ta’ 1-1. B’dan id-draw, Southampton baqgħu punt vantaġġ fuq Brighton.
Kienu Southampton li fetħu l-iskor fis-seba’ minuta permezz ta’ Steve Davis li skorja mir-rebound wara li free-kick mill-isbaħ kien stampa mal-wieqfa. Brighton wieħbu fit-52 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Glenn Murray.
//= $special ?>