Fi stqarrija l-Pulizija kkonfermat li nstabet Natalie Williams (fir-ritratt) ta’ 46 sena li kienet irrapurtata nieqsa lbieraħ. Skont sorsi fuq il-post il-mara nstabet mitlufa minn sensiha b’kawża ta’ nuqqas t’ikel u xorb fil-jiem li hi kienet tinsab mitlufa. Hija nstabet f’kamra fil-blat fl-inħawi tal-bajja tar-Rinella. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil Williams lejn l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

B’rabta mal-każ, NetNews jinsab infurmat li l-Pulizija ġew msejħa ftit wara t-20,00 dwar ġlieda fi Triq is-Salvatur fil-Kalkara. Hemmhekk huma sabu l-qraba ta’ Williams jilletikaw mar-raġel tagħha. Infatti ir-raġel tagħha li hu mis-Seychelles ġie arrestat hekk kif qed ikun allegat li kien hu li qafilha f’din il-kamra. Huwa ttieħed l-Għassa ta’ Bormla.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji ‘l quddiem.
//= $special ?>

