Anzjan ta’ 80 sena weġġa’ gravi wara li aktarx waqa’ f’residenza fir-Rabat Għawdex. L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart fi Triq Borg Geritu, ir-Rabat Għawdex.
Kien f’dak il-ħin meta l-Pulizija tad-Distrett intalbu jassistu u malli marru fuq il-post sabu lir-raġel mimdud mal-art, fi bżonn ta’ għajnuna medika.
Mill-istħarriġ preliminari li sar fuq il-post irriżulta li aktarx, ir-raġel kien waqa’. Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn hemmek kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>

