Lokali

Anzjana vittma ta’ serqa fl-Imsida

Anzjana ta’ 80 sena mill-Imsida sofriet xi feriti wara li kienet vittma ta’ serqa fl-Imsida stess.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5am fi Triq Clarence, meta raġel mhux magħruf resaq lejha u ġibdilha l-‘handbag’.

Kawża ta’ dan, l-anzjana waqgħet u sofriet xi feriti. Għaldaqstant, issejħet Ambulanza, li ħaditha l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, bil-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.