Erba’ persuni kienu arrestati it-Tnejn fil-Belġju minħabba l-attakk fl-2015 fuq il-ferrovija ta’ veloċità kbira magħrufa bħala Thalys lejn Pariġi. Attakk li fih membru tal-*ISIS spara u darab serjament passiġġier.
L-arresti saru wara rejds f’sitt propjetajiet fi Brussell.
Il-ferrovija kienet fuq vjaġġ minn Amsterdam lejn Pariġi u banju demm kien evitat meta tliet passiġġieri, fosthom żewġ suldati pajżana Amerikani, qabżu għal fuq it-terrorista, Ayoub El Khazzani, li kien armat b’ Kalashnikov, pistola u sikkina.
Arresti dwar attakk fl-2015


