Lokali

Għall-gvern kollox miexi sew u m’hemm l-ebda problema għas-saltna tad-dritt

– Mario e Marco, PN

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco qal li l-Gvern ma ressaqx proposta waħda dwar kif l-istituzzjonijiet jistgħu jissaħħu għax skont il-gvern l-istituzzjonijiet mexjin kollha fuq ir-rubini u m’hemm l-ebda problema għas-saltna tad-dritt.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-Prim Ministru kellu juri kuraġġ u maturità politika iżda mill-gvern ħadd ma wera kurraġġ politiku skont kif jirrikjedi ċ-ċirkostanzi li jinsab fihom il-pajjiż illum.

Dan hu mument ikrah għall-pajjiż li fih inqtalet persuna pubblika, omm ta’ tliet tifal. Dan hu mument li poġġa lill-pajjiż f’salib it-toroq kif kien fl-1986. Dakinhar kien hemm deputat Laburista li għin biex il-pajjiż joħroġ minn salib it-toroq u llum xi deputat kellu jkollu dan l-istess kuraġġ; iżda dan ma seħħx.

In-nies qed jistaqsu kif il-pajjiż wasal s’hawn u fejn sejjer il-pajjiż. Hu sellem lis-soċjetà ċivili bl-azzjonijiet tagħhom, lill-Occupy Justice, lill-ġurnalisti li pprotestaw kontra l-qtil ta’ Daphne, lil kull min qed jaħdem biex il-pajjiż jieħu tagħlima u jinbidel għall-aħjar.

Dawn huma n-nies ta’ kuraġġ li wrew maturità politika. Ħaddieħor mar Dubaj jipprova jbigħ iċ-ċittadinza tal-pajjiż qisu xejn m’hu xejn. L-Oppożizzjoni diġà għamlet il-proposti tagħha biex il-ħażin jibidel. Il-pajjiż m għandux għażla u d-deputati għandhom ir-responabbiltà li jipprovaw jutilizzaw l-uniku ħajta ta’ tama biex titfassal libsa ġdida għall-pajjiż.

Mario de Marco kompla li l-poplu mhux jistenna konvenzjoni biex it-tneħħija tal-Kummissarju u tal-Avukat Ġenerali iżda l-Prim Ministru għandu jassumi r-responsabbiltà tiegħu. Jeħtieġ terġa’ tiddaħħal id-diviżjoni bejn l-amministratur u l-politiku, sostna Mario de Marco, li appella għal tisħiħ immedjat tal-istituzzzonijiet fosthom bl-introduzzjoni tal-Kummissarju tal-Istandards Pubbliċi.