Lokali

Ikkonfermati d-dettalji għall-aħħar tislima lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

Il-Ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li ġimgħatejn ilu nqatlet brutalment b’karozza-bomba, se tingħata l-Aħħar Tislima l-Ġimgħa, f’Funeral li se jinżamm fis-2pm fir-Rotunda tal-Mosta.

Id-dettalji tal-Funeral kienu kkonfermati mill-Arċipriet tal-Mosta, Dun Bastjan Caruana, li spjega li l-Quddiesa ‘presente cadavre’ se titmexxa mill-Arċisqof Mons Charles Scicluna, liema dettalji kienu wkoll ikkonfermati mill-Kurja tal-Arċisqof.

Fuq talba tal-Arċisqof stess, it-Tnejn li għadda nżammet Quddiesa b’suffraġġju għal ruħ Daphne Caruana Galizia fil-Knisja tal-Bidnija, fil-ħin eżatt meta ġimgħa qabel seħħet l-isplużjoni li ħasditilha ħajjitha.

F’reazzjoni għall-aħbar bid-dettalji tal-funeral, oħt il-ġurnalista Corinne Vella, esprimiet ix-xewqa li ma jkunx hemm media preżenti għal dan il-funeral.