Lokali Qorti

Il-Kawżi ta’ DB Group kontra Daphne Caruana Galizia mistennija jkomplu

L-Iżvilupp fuq l-Art tal-ITS f'Pembroke
F’Marzu li għadda, id-direttur Maniġerjali ta’ DB Group fetaħ xejn inqas minn 19-il kawża ta’ libell fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia, b’rabta ma’ artikli dwar l-għoti tal-art fejn hemm l-ITS f’Pembroke li minflokha, Debono se jiżviluppa lukanda, uffiċini u appartamenti.

Il-kawżi ta’ libell li fetaħ Silvio Debono kontra Daphne Caruana Galizia mistennija jkomplu f’Diċembru.

F’Marzu li għadda, id-direttur Maniġerjali ta’ DB Group fetaħ xejn inqas minn 19-il kawża ta’ libell fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia, b’rabta ma’ artikli dwar l-għoti tal-art fejn hemm l-ITS f’Pembroke li fuqha, Debono se jiżviluppa lukanda, uffiċini u appartamenti.

Quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale, l-Avukat ta’ Daphne Caruana Galizia Joseph Zammit Maempel talab differiment sabiex jingħata direzzjoni wara li l-ġurnalista inqatlet ġimgħatejn ilu permezz ta’ karozza bomba. Sadanittant, l-Avukat ta’ Silvio Debono qal li min-naħa tiegħu, hu kien lest biex jippreżenta l-affidavits.

La Debono u lanqas l-eredi ta’ Daphne Caruana Galizia ma kienu preżenti fl-Awla.

L-Avukat William Cuschieri qed jidher għal Silvio Debono.