Lokali Parlament

Il-kriminalità fil-pajjiż hi bla kontroll b’korruzzjoni istituzzjonalizzata

– Simon Busuttil, PN

Id-deputat Nazzjonalistau u eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-kriminalità fil-pajjiż hi bla kontroll b’korruzzjoni istituzzjonalizzata.

Fil-parlament Simon Busuttil sellem u rringrazzja lin-nisa ta’ Occupy Justice li qed jibgħatu sinjal għall-ġustizzja. Għaddew ġimgħatejn mill-qtil ta’ Daphne u l-pajjiż jinsab fi kriżi istituzzjonali u kostituzzjonali. Il-Prim Ministru u l-Gvern jibqgħu jiċħdu dan. Taħt il-gvernijiet tal-PN ma seħħux qtitl ta’ dan it-tip ta’ qtil, sostna Simon Busuttil, li kompla li l-pajjiż qed jgħereq b’sitwazzjoni gravi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN ilu snin jitkellem dwar din is-sitwazzjoni kif għamel il-Prim Imħallef. Il-Prim Ministru qal biss li kien innota l-kummenti tal-Pirm Imħallef iżda m’għamel xejn. L-istituzzjonijiet illum jiddefendu biss lill-Gvern flok lill-vittmi; jiddefendu lill-kriminali.

Simon Busuttil qal li l-kriminalità hi bla kontroll tant li d-dinja kollha qed tgħid li Malta sartt stat mafjuż bil-Gvner jitlef il-kontroll tas-sitwazzjoni. Fil-pajjiż hawn kultura ta’ impunità fejn kulħadd jagħmel li jrid bla ma ssir ġustizzja.

Hu kompla li m’hawn l-ebda pajjiż li ma nvestigax l-iskandlu tal-Panama anzi l-gvern jirreżisti l-investigazzjoni. Il-qtil ta’ Daphne hu investigat minn Kummissarju li hu sfiduċjat u mill-uffiċjal tal-pulizija Silvio Valletta li hu r-raġel ta’ ministru tal-gvern. Hu semma lil Edward Caruna, il-canvasser tal-Ministru Bartolo li baqa’ fil-kariga għaliex il-Prim Ministru tilef fil-kontroll tas-sitwazzjoni minħabba li jekk jagħmel dan ikollu jitlaq hu.
Il-Prim Ministru sar impotenti quddiem il-korruzzjoni.

Simon Busuttil semma lil Adrian Hillman u qal adn hu investigat b’ħasil ta’ flus u hu indikat għal kariga fil-Malta Gaming Asuthority u fl-Univeristà AUM. Hu qal li l-gvern jipprova jagħlaq ħalq uffiċjali investigaturi tal-FIAU. Il-gvern Malti hu assenti fir-rispett lejn Daphne; il-Parlament Ewropew hu aktar dekoruż mill-Parlament Malti. Il-Prim Ministru iktrr moħħu biex imur ibigħ il-passaporti f’Dubaj. Hu appella biex il-pajjiż joħroġ minn din il-kriżi għaliex l-affarijiet fil-pajjiż mhux se jibqgħu l-istess.