Ewropa Internazzjonali

Il-Kroazja trid tadotta l-ewro fi żmien seba’ snin

Andrej Plenkovic, il-Prim Ministru tal-Kroazja, qal li jrid li pajjiżu jkun adotta l-ewro fi żmien seba’ snin.
Hu qal li ma riedx jistabbilixxi data fissa imma sal-massimu ta’ tmien snin oħra ried li l-Kroazja tkun saret parti miz-zona ewro, il-grupp ta’ pajjiżi li jużaw il-muntia ewro. Hu qal dan waqt konferenza ekonomika fil-kaptiali Zagreb.
Il-Prim Ministru Kroat żied li ried li l-Kroazja, fi żmien tliet snin tkun daħlet fil-mekkaniżmu ta’ skambju Ewropew, il-ERM-2. Dan qabel il-Kroazja tassumi l-Presidenza tal-UE fl-2020.
Il-Kroazja intrabtet li tadotta l-ewro meta fl-2013 saret membru tal-Unjoni Ewropea iżda ma kienet stabbilita ebda data sa meta dan għandu ssir.