Lokali

Krejn jinqaleb f’Baħar iċ-Ċagħaq

Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta krejn għeleb fi Triq is-Sikka f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Fl-inċident, li seħħ kmieni t-Tnejn filgħodu, sfrundat parti mit-triq u b’konsegwenza ta’ dan, il-krejn għeleb fuq naħa waħda għal fuq sit ta’ kostruzzjoni, tant li baqa’ jgħeleb sakemm straħ fuq bejt ta’ residenza fuq wara tal-istess sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post marru kemm uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija. Għal xi ħin, it-toroq tal-madwar kellhom jingħalqu.