– Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-Avukat Ġenerali Peter Grech wettaq imġieba ħażina billi naqas li jinvestiga r-rapporti tal-FIAU dwar korruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina tkellem dwar l-AĠ u qal li l-parlament jista’ japprova li l-AĠ wettaq imġieba ħażina. Din tikkonsisti b’dak li ma wettaqx fix-xogħol tiegħu. L-AĠ għandu jkun inidpendenti mill-gvern u ma joqgħodx sieket quddiem każi li għandhom jittieħdu azzjonijiet dwahrom. Hu qal li fl-aħħar erba’ snin kien hemm każi li wrew li l-AĠ m’għamilx id-dover tiegħu.
Id-deputat Nazzjonalista semma r-rapporti tal-FIAU fejn l-AĠ kien jaf il-kontentut tiegħu fejn il-pulizija ma wettqitx i-d-doveri tiegħu. Fuq dan biss l-AĠ għandu jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu. L-Oppożizzjoni lesta tappoġġja indirizz biex l-AĠ jitneħħa. L-Opożizzjoni trid li l-kariga ta’ AĠ tinqasam bejn dik ta’ Avukat tal-Gvern u r-rwol ta’ Prosekutur Ġenerali.
Ma jistax ikun li l-AĠ jagħti parir lill-uffiċjali tal-Gvern bħall-Ministru Konrad Mizzi u fl-istess waqt jdidefendi lill-Gvern. L-Oppożizzjoni qed tipproponi li l-AĠ Peter Gech jirriżenja, l-Opożizzjoni hi lesta biex dan jitneħħa, li floku tinħatar perpuna li tgawdi l-fiduċja tal-parlament u wara skurintju pubbliku u li jsiru emendi kostituzzjonali biex il-kariga ta’ AĠ tinqasam fi tnejn.
//= $special ?>