Lokali

In-Nazzjon 30.10.2017

It-tieni protesta organizzata min-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili li saret ilbieraħ f’Tas-Sliema tiddomina l-ewwel faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon.

Stejjer oħrajn ewlenin jittrattaw id-dibattitu tal-lejla fil-Parlament li se jsir fuq talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex tiġi diskussa s-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż u t-talbiet li qed jitressqu għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet fil-pajjiż; l-Albaniż li tressaq il-Qorti b’rabta mal-hold up ta’ ġojjellerija minn Tignè aktar kmieni dan ix-xahar; u t-talba li tressqet quddiem il-President ta’ Malta biex Tony Zarb jitneħħielu l-unur ta’ Ġieħ ir-Repubblika.

Fil-ġurnal tal-lum insibu bħal kull nhar ta’ Tnejn, l-analiżi ta’ Oliver Friggieri.