Lokali

“Pajjiżna biegħ ruħu, u tilef ġieħu” – Il-Kandidat għall-Viċi Kap tal-PN għall-ħidma fil-Partit Robert Arrigo

Pajjiżna dar il-kantuniera, u sab ħajt. Il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia hu riżultat ta’ pajjiż fejn il-korruzzjoni rabbiet għeruq fondi. Taħt dan il-gvern, issa fil-ħames sena tiegħu, pajjiżna biegħ ruħu għal ftit biċċiet tal-fidda. Biegħ ruħu, u qed jitlef ġiehu. Għalhekk, qatt daqs illum ma tinħass il-ħtieġa ta’ Oppożizzjoni kredibbli – li jkollha l-awtorita’ morali biex tieqaf lil dan il-gvern. Dan qalu l-kandidat għal Viċi Kap, tal-Partit Nazzjonalista, Robert Arrigo.

Wara snin twal naħdem, b’sahħti kollha fi ħdan il-partit nazzjonalista, issa wasal iż-żmien li nagħti aktar – mhux għal glorja tiegħi, imma biex il-partit tagħna jittrasforma lilu nnifsu f’forza politika b’saħħtiha. Għalhekk qed nikkontesta l-elezzjoni għal viċi kap tal-partit nazzjonalista, sostna Robert Arrigo.

Hu kompla jgħid li l-kariga ta’ viċi kap tal-partit tfisser impenn, assolut, għall-ħtiġijiet tal-partit. Viċi kap tal-partit irid jiffoka għal kollox fuq l-operat, l-istrutturi u l-magna politika tal-partit. Wara żewġ telfiet elettorali kbar, il-partit nazzjonalista jehtieġlu jibni mill-ġdid fejn ikkrolla, u jsaħħah fejn iddagħjjef.

Ghalħekk, spjega Robert Arrogo, illi fost il-50 proposta li qed jaghmel, hemm li L-MZPN jinghata l-opportunita’ li jieħu f’idejhom il-programmi popolari ta’ matul l-lej, il-gazzetti n-Nazzjon u l-Mument jagħtu spazju sħiħ, kuljum, għall-kunsilli , fergħat u kumitati tal-partit u Spazju sħiħ għal esperti u profesjonisti, li jridu jagħtu ħin volontarju biex jagħtu servizz lin-nies li għandhom bżonn, u li jersqu lejn il-Partit.

Fis-stqarrija Robert Arrigo kompla jgħid li fiċ-ċirkostanzi li għaddej minnhom pajjiżna bħalissa, dan jinstema sekondarju. Iżda biex niddefendu l-liberta’ tal-espressjoni f’pajjiżna, biex naraw li d-demokrazija ma tikkrollax, biex nassiguraw li Daphne Caruana Galizia ma mietitx għal xejn, neħtieġu Partit Nazzjonalista b’saħħtu, saħaq Robert Arrigo. Biex insahhu l-PN irridu ninvestu fih. Imbagħad, b’Oppożizzjoni b’saħħitha, l-poplu jkollu fuq min idur, temm jgħid l-kandidat għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo. Dawn huma l-proposti kollha fid-dettall;

1. Swali u spazji ġewwa d-Dar Ċentrali jintużaw b’mod iżjed intelligenti, fejn dawn jingħataw għall-użu b’xejn għal attivitajiet diversi;
2. Lezzjonijiet individwali, u fi gruppi, għall-istudenti u possibilta ta’ Child Care Center ġewwa d-Dar Ċentrali;
3. Attivitajiet iddedikati għall-anzjani;
4. Jinħoloq it-tieni stazzjon tar-radju, li jdoqq mużika biss, filwaqt li Radio 101 isir stazzjon politiku biex ixandar, il-ġurnata kollha, il-messaġġ tal-partit.
5. L-MZPN jingħataw l-opportunità li jieħdu f’idejhom il-programmi popolari ta’ matul l-lejl;
6. Il-gazzetti n-Nazzjon u l-Mument jagħtu spazju sħiħ, kuljum, ghall-kunsilli , fergħat u kumitati tal-partit
7. NET jxandar 24/7
8. Aħbarijiet bl-Ingliż biex nilħqu udjenzi usa’
9. L-Uffiċċju kuntat isir ċentru ta polls fejn t-tesserati, li jkollhom password, jistgħu jivvutaw fuq diversi temi li jiġu diskussi. B’hekk l-Uffiċċju jkun pjattaforma għal APP “Idea” li beda qabel l-elezzjoni 2017.
10. Spazju sħiħ għal esperti u profesjonisti, li jridu jagħtu ħin volontarju biex jagħtu servizz lin-nies li għandhom bżonn, u li jersqu lejn il Partit.